Lokali

Edizzjoni oħra ta’ Discover University

Fl-Universita’ ta’ Malta ġiet organizzata edizzjoni oħra ta’ Discover University, fejn studenti mill-Universita’ organizzaw bosta attivtajiet bl-għan li jwasslu kemm l-aspett akkademiku kif ukoll l-aspett soċjali li tħaddan fiha l-Universita lil pubbliku, bil-parteċipazzjoni tar-Rettur tal-Univerista’ Juanito Camilleri.

Fil-fatt, minbarra attivitajiet sportivi li ġew organizzati, fosthom diversi Fun Runs ta’ tul differenti, ġew organizzati ukoll esebizzjonijiet dwar temi differenti.

Fost dawn l-esebizzjonijiet, kien hemm esebizzjoni li wriet għall-ewwel darba fdalijiet arkeoloġiċi li jmorru lura għal żmien il-feniċi minn vapur merkantili li instab ftit tax-xhur ilu ftit kilometri l-barra mill-kosta Għawdxija.

Esebizzjoni oħra li spikkat kienet dik dwar robotics, li ittellgħet fi ħdan il-bini l-ġdid tal-Fakulta tal-ICT. F’din l-esesbizzjoni il-pubbliku seta’ japprezza għadd ta’ robots interattivi li ġew mibnijja mill-istudenti li jistdujaw f’din il-fakulta.

Minkejja li mal-ewwel daqqa’ t’għajn dawn ir-robots jidhru kumplikati biex tibnijhom, proġetti bħal dawn għandhom valur kbir speċjalment għal tfal li jbgħatu minn kundizzjonijiet bħal dyslexia. L-attivitajiet marbuta ma’ Discover Universtiy gew fi tmiemhom tard il-Ħadd wara nofsinhar.