Internazzjonali

Elezzjoni fl-Ukrajna fost sigurta stretta

Il-poplu Ukren illum qiegħed ikun msejjaħ sabiex jeleġġi parlament ġdid f’elezzjoni ġenerali li qegħda ssir f’atmosfera li s’issa kienet kalma iżda mimlija tensjoni. Elezzjoni li ħafna jisperaw ser twassal għal parlament ħieles minn nepotiżmu u koruzzjoni li tant kienu rampanti f’parlamenti passati.

L-elezzjoni qegħda ssir ukoll fost sigurta kbira sabiex il-vot ikun wieħed paċifiku u ġust. Il-pulizija arrestat numru ta’ individwi suspettati li kienu qegħdin iħejju attakki bl-għan li jisfrattaw l-elezzjoni.