Lokali

Fil-PN m’hemmx post għal min mhux onest

Meta tkellem waqt il-Konvenzjoni Ġenerali, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil fisser li fil-politika mhemmx post għal minn m’hux onest.

Il-Partit Laburista fil-Gvern dan ma wetqux u minflok ipprova jħammeġ lil ħaddiehor bla bżonn, kompla jgħid Simon Busuttil. Eżempju ta’ dan huwa hekk kif din il-ġimgħa Konrad Mizzi tefa t-tajn fuq id-deputat Nazzjonalista u eks Ministru George Pullicino fuq il-kuntratt għall-installazzjoni ta’ pannelli fotovoltajiċi fuq bjut tal-gvern li ġiet diskussa fil-Parlament nhar it-Tnejn.

Din il-kwistjoni issa qegħda għand il-kummisarju tal-Pulizija li se jinvestiga s-sitwazzjoni, u jekk l-akkuża hija vera Simon Busuttil wiegħed li se jieħu l-passi neċessarji.

Iżda jekk toħroġ li din kienet gidba, Simon Busuttil jistenna li l-Priministru jieħu hu l-passi neċessarji u jġiegħel lil Konrad Mizzi jirriżenja.