Lokali

FILMAT : Joseph Muscat jgħid li 58 ċenteżmu mhumiex biżżejed

Iż-żieda ta’ 58 ċenteżmu għall-għoli tal-ħajja mhijiex biżżejed. Hekk saħaq il-Prim Ministru Joseph Muscat meta kien qed jitkellem fil-każin Laburista ta’ Ħaż Żabbar.

Huwa qal li ż-żieda mhux il-gvern jiddeċiediha iżda b’mekkaniżmu bejn il-unions u l-employers filwaqt li qal li l-gvern m’għandu ebda pjan li jibdel il-mod kif din iż-żieda tinħadem.

Huwa ddeskriva l-kelma perċezzjoni fil-konfront tal-problemi tat-traffiku bħala ħmerija u qal li hu stess jeħel fit-traffiku ta’ kull filgħodu.

Joseph Muscat sostna li l-kabinett tiegħu ma’ ħax żieda ta’ 500 Ewro fil-ġimgħa iżda naqas milli jitkellem dwar l-aħħar rapporti li ħarġu din il-ġimgħa u li żvelaw kif il-kelliem tal-gvern Carmelo Abela għandu paga li taqbeż l-elf ewro fil-ġimgħa.

Tkellem ukoll dwar is-settur tal-enerġija fejn saħaq li l-power station il-ġdida ser tiġi iżda għal darb oħra naqas milli jgħati data.

Muscat għal darb’ oħra reġa rrepeta l-istess allegazzjonijiet li għamel il-Ministru Konrad Mizzi fil-konfront tad-deputat Nazzjonalista George Pullicino minkejja li l-ispeaker tal-Kamra din il-ġimgħa sab Prima Facie ksur ta’ privileġġ fil-konfront ta’ Konrad Mizzi.