L-aħħar bażi militari tar-Renju Unit, Camp Bastion, fl-Afghanistan ingħalqet sabiex b’hekk ġew fi tmiemhom l-operazzjonijiet militari tar-Renju Unit fl-Afghanistan. Operazzjonijiet li ilhom għaddejin mill-2001.
Kunflitt li fih kienu nvoluti eluf kbar ta’ suldati Ingliżi madwar il-pajjiż kollu u li fih tilfu ħajjithom 453 suldat Ingliż.
Anke Camp Leatherneck, kamp militari tal-Istati Uniti biswit il-kamp Ingliż ingħalaq u ingħata f’idejn il-forzi Afgani.
//= $special ?>

