Tmiem is-sena mistenni jkun żmien interessanti għad-dilettanti tal-football Taljan f’Malta iżda b’mod partikolari għall-bosta partitarji tat-team ta’ Inter hekk kif in-Neroazzuri li mistennija jżuru pajjiżna. Rapporti fuq il-media Taljana qegħdin jgħidu li l-iskwadra mmexxija min Walter Mazzarri ser tagħmel ġimgħa f’pajjiżna fejn mhijiex eskluża l-possibilita’ ta’ partita ta’ ħbiberija kontra t-team nazzjonali Malti.
Iż-żjara tal-Inter mistenni tasal fl-aħħar ġimgħa ta’ Diċembru fejn l-istennija hija li Inter jibdew is-sena 2015 f’pajjiżna bl-ewwel logħba tat-team minn Milan għas-sena 2015 għalhekk tkun il-logħba ta’ ħbiberija kontra Malta f’Ta’ Qali.
Il-ftehim bejn l-MFA u l-Inter jidher li ntlaħaq fl-aħħar jiem f’Milan f’laqgħa bejn l-MFA u l-ogħla diriġenza tal-Inter fosthom il-President Eric Thohir u l-Viċi President Javier Zanetti.
//= $special ?>