Lokali

FILMAT : Simon Busuttil jgħid li l-ħolqien tal-ġid huwa t-tir tal-PN

Il-ħolqien tal-ġid dan huwa t-tir tal-PN ladarba jkun fil-Gvern, b’differenza li qed jagħmel il-Gvern Laburista bħalissa, li qed jonfoq il-flus tal-poplu iżda mhux qed joħloq il-ġid.

Kien dan il-kliem tal-Kap tal-PN Simon Busuttil waqt l-għeluq tal-ewwel Konvenzjoni Ġenerali bit-tema Idea Malta.

Waqt id-diskors tiegħu huwa rringrazzja n-nies li kellhom il-kurragg li jitilghu jitkellmu waqt din il-konvenzjoni, fosthom nies b’orjentazzjoni sesswali differenti, kulur u b’diżabilita’ fisika.

Huwa staqsa pero, jekk il-PN għandux il-kurraġġ li jkun l-partit ta’ kullħadd u jilqa’ fi ħdanu nies differenti. B’dan il-ħsieb huwa fakkar kif il-PN huwa maqgħud għaliex iħaddan id-diversita’. B’hekk fisser din il-konvenzjoni bħala break through li permezz tiegħu il-partit qed iħares ‘il quddiem.

B’dan kollu, il-PN jrid jagħti l-empowerment jiġiferi is-saħħa lin-nies sabiex ikunu huma li jiksbu s-suċċess tagħhom.

Hu fisser kif il-partit m’għandu jaqta qalbu qatt iżda irid iwieġeb kif għandu jerġa’ jirbaħ din il-fiduċja tan-nies.

Huwa fisser kif il-partit daħal f’proċess ta’ tiġdid. Il-bidliet li ġab dan il-partit sostna il-kap, bdew minn fuq, mit-tmexxija iżda baqgħu sejrin sa isfel fil-fergħat kollha tal-PN.

Il-poltiika tal-PN trid tkun imwettqa fuq il-verita’ u l-onesta. Għalkemm il-Gvern wiegħed li ha jwettaq politika mibnija fuq il-verita’ mhuwiex qed iwettaq dan. Eżempju klassiku huwa il-mod kif ġideb li se jibni power station gdida f’sentejn.

Simon Busuttil elenka id-diversi setturi li l-partit jixtieq jiffoka fuqhom. Fost dawn sema l-edukazzjoni, u fisser kif minkejja ix-xogħol li sar mill-PN fi Gvern fi snin preċedenti din is-sena mijiet ta’ tfal Maltin tilfu l-opportunita’ li jistudjaw fi skola ġdida għaliex il-Gvern waqqaf il-proġett tal-PN li jibni skola kull sena.

Fl-istess waqt semma l-ekonomija li għalkemm minn barra tidher li sejra tajjeb hemm numru ta’ indikaturi li qed jixelgħu l-bozza tal-allarm fosthom li l-bejgħ naqqas, qed tonqos il-produzzjoni industrijali u qed jonqsu l-esportazzjoni u l-importazzjoni.

Simon Busuttil fakkar kif il-Gvern se jkompli jidħak bin-nies u fil-baġit li jmiss ser joħroġ b’żieda ta’ 58 cents fil-ġimgħa.

Hemm bżonn li l-partit jingħaqad u joħloq network ma nies ġodda li magħhom jista’ jaqsam l-ideat u b’hekk il-partit jsir partit tal-maġġoranza u b’dan il-pajjiż jiġi aħjar temm jgħid il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil.