Internazzjonali

Tingħata l-piena kapitali għax qattlet lil min abbużaha sesswalment

Reyhaneh Jabbari ta’ 26 sena mill-Iran il-bieraħ ġiet mgħalqa hekk kif twettqet fuqha il-piena kapitali mgħotija lilha mill-qorti ta’ l-Iran tal-qtil ta’ Morteza Abdolali Serbandi fl-2007. Il-qtil mill-istat ta’ Jabbari qiegħed jiġbed kundanna internazzjonali hekk kif Jabbari qattlet lil Sarbandi wara li dan prova jistupra. Sarbandi kien ħaddiem tal-Ministeru tas-Sigurta s-Servizzi Sigrieti fl-Iran.

Bosta esprimew tħassib dwar kemm kien ġust il-proċess ġudizzjarju li wassal għal qtil ta’ Jabbari fosthom in-Nazzjonijiet Uniti, l-Istati Uniti u Amnesty International. L-istess entitajiet saħqu li l-każ ta’ Jabbari kien klassiku ta’ persuna li ddefendiet lilha nfisha.

Meta seħħ il-każ Jabbari kellha 19 il-sena u kienet qegħda taħdem bħala interior designer għal Sarbandi li minn naħa tiegħu wettaq abbuż sesswali fuqha.