Il-prezz tal-fjuwil fis-swieq internazzjonali kompla jonqos, hekk kif ġurnali barranin qed jirrappurtaw li l-fornituri taż-żejt huma ddisprati biex ibiegħu l-petrol u d-diesel lil pubbliku.
Fir-Renju Unit, it-traħħis fil-prezzijiet wasslu biex wieħed jista’ jixtri litru petrol għal prezz ta’ madwar lira sterlina. Statistika tal-prezzijiet tal-petrol fir-Renju Unit ikkonfermaw li l-aħħar darba li l-prezz tal-petrol kien daqshekk baxx kien f’Mejju tal-2009.
U skont rapporti fil-midja Brittanika, jidher li dawn ix-xejriet se jibqgħu mexjin kif inhuma, bil-prezzijiet tal-fjuwil ikomplu jonqsu mal-medda tal-ġimgħat.
Iżda filwaqt li s-sewwieqa barranin qed jifirħu b’dawn il-prezzijiet tajbin, aħna l-Maltin se nibqgħu lampa stampa. Għax il-Gvern Laburista iffissa l-prezz tal-petrol u d-diesel sal-aħħar ta’ din is-sena. U minkejja dawn ix-xejriet tajbin fis-swieq internazzjonali, il-prezzijiet għalina l-Maltin se jibqgħu fissi u għoljin.
//= $special ?>