Lokali

Filmat: Hemm bżonn ta’ politika bbażata fuq verita’

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-PN Simon Busuttil ċar fi kliemu: determinat fuq l-importanza li l-politika tkun ibbażata fuq il-verita’.

Kien dan wieħed mill-messaġġi tal-Kap tal-PN Simon Busuttil fid-diskors li għalaq l-ewwel Konvenzjoni Ġenerali tal-PN li ltaqgħet fi tmiem il-ġimgħa.

Il-Kap tal-PN elenka d-differenza fil-politika bejn il-PN u l-PL u qal li din hi evidenti fuq is-suġġetti li għandhom valur fil-politika, fosthom l-onesta’ u l-verita’.

Bħala eżempju ta’ din id-differenza l-Kap tal-PN semma’ l-każ tal-power station ta’ Delimara, li Gvern Laburista kien wiegħed li jibnieha f’sentejn.

Mal-każ tal-power station hemm diversi każi li fihom il-gvern mhux iżomm il-wegħdi elettorali li għamel fosthom il-meritokrazija, l-ugwaljanza u diversi proġetti oħra infrastrutturali li dwarhom suppost inbdew studji.