Il-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN) illum mistennija ssejjaħ direttivi ġodda fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex wara li, skont l-MUMN, il-Gvern permezz tad-Diviżjoni tas-Saħħa mhux qed taġixxi ħlief bil-kliem biss dwar il-bżonn ta’ żieda fil-Carers fl-Isptar ta’ Għawdex. Fi stqarrija, il-President tal-MUMN Paul Pace qal li minkejja d-diversi talbiet mill-union, id-Diviżjoni tas-Saħħa baqa’ ma indirizzax is-sitwazzjoni li qed tolqot ħażin il-pazjenti u lill-istaff tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
Il-President tal-MUMN sostna li d-direttivi li l-union nediet xahar ilu ma kienux biżżejjed biex it-tmexxija tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u tad-Diviżjoni tas-Saħħa jimlew it-22 post vakanti li hemm fis-settur tal-Carers. Il-union sostniet li għalkemm il-Ministeru għal Għawdex ipprovda fondi għall-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex biex ikollu l-Carers meħtieġa, il-Gvern permezz tad-Diviżjoni tas-Saħħa ħela l-isforzi li saru minħabba l-proċess burokratiku li jeżisti.
Għaldaqstant, il-President tal-MUMN sostna li llum l-union se tkun qed tniedi direttivi ġodda ħalli din is-sitwazzjoni tiġi rranġata mhux bil-kliem biss iżda billi jiżdiedu t-22 Carer meħtieġ fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex
//= $special ?>