Il-Prim Ministru Joseph Muscat din il-ġimgħa mistenni jżur Singapore biex jippromwovi l-bejgħ taċ-Ċittadinanza Maltija u tal-Unjoni Ewropea. Minn informazzjoni li għandu MaltaRightNow.com jirriżulta li Muscat se jżur dan il-pajjiż Ażjatiku biex jipparteċipa f’konferenza oħra organizzata minn Henley & Partners.
Din il-kumpanija tqabbdet mill-Gvern Malti biex tbigħ iċ-Ċittadinanza Maltija u allura anke dik Ewropea. Din mhix l-ewwel żjara ta’ dan it-tip mill-Prim Ministru Muscat, hekk kif fix-xhur li għaddew żar diversi pajjiżi għal dan il-għan.
Sadanittant, u minkejja dawn id-diversi żjarat li Muscat qed jagħmel biex jippromwovi l-bejgħ taċ-Ċittadinanza Maltija u Ewropea, il-Gvern għadu ma jridx jippubblika l-kuntratt li għamel ma’ Henley & Partners. Il-Gvern għadu qed iwebbes rasu u ma jridx jippubblika dan il-kuntratt minkejja li qed jiġi mitlub jagħmel dan, fl-interess nazzjonali, mhux biss mill-Oppożizzjoni iżda wkoll minn numru ta’ individwi oħrajn.
//= $special ?>