Lokali

Filmat: Pressjoni fuq l-awtoritajiet tal-Gvern iwaqqfu lill-Pulizija milli tkompli bl-investigazzjonijiet

Dik li dehret li se tkun investigazzjoni normali mill-Pulizija dwar rapporti ta’ numru kbir ta’ Ażjatiċi li allegatament jidher li qed ikunu sfruttati f’Malta, twaqqfet ħesrem wara pressjoni li saret fuq l-awtoritajiet tal-Gvern Malti biex dan kollu jibqa’ mistur u l-Pulizija ma tissuktax taħdem fuq dan il-każ.

Fil-ħarġa tal-lum, il-ġurnal In-Nazzjon żvela kif sfortunatament, min imexxi l-Korp tal-Pulizija jidher li ċeda għal din il-pressjoni u l-investigazzjonijiet li kienu qed isiru twaqqfu ħesrem. Dan wara li l-messaġġ kien mgħoddi lill-Fizzjali li kienu qed jinvestigaw ir-rapporti li issa jinsabu fi stadju avvanzat, biex jieqfu jaħdmu fuq il-każ. Għaldaqstant, l-investigazzjonijiet twarrbu fil-ġenb, bl-abbuż ikompli għaddej bħal qisu f’idejn il-Pulizija ma kien hemm l-ebda rapport.

In-Nazzjon żvela wkoll kif wara li l-Pulizija arrestat erba’ persuni Ażjatiċi li kienu qed jippruvaw jitilqu minn Malta permezz ta’ dokumenti foloz il-Pulizija interrogat lil dawn il-persuni u waqt din l-investigazzjoni ħarġu bosta fatturi mill-aktar xokkanti. Il-persuni Ażjtiċi nqabdu fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta waqt it-tentattiv tagħhom li jsiefru lil hinn minn Malta.

Segwi aktar fil-ħarġa tal-lum ta’ In-Nazzjon.