Fil-Qorti kompla l-każ ta raġel ta’ 27 sena minn Ħaż-Żabbar akkużat b’attentat ta’ qtil ta’ tarbija ta’ 11-il xahar tas-sieħba tiegħu, fit-12 ta’ Settembru li għadda.
Fil-Qorti ħareg li minkejja li t-tarbija issa ħarġet mill-isptar u ma għadiex fil-periklu tal-mewt, xorta hemm riskju li hemm 90% possibilta li t-tarbija tbati minn żvilupp mentali u fiżiku tard.
Meta kompliet il-kumpilazzjoni quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, irriżulta wkoll li l-pedjatra Cecil Vella li kien raha lit-tarbija l-isptar, qal li t-trabija bil-kemm kienet qed tiehu nifs u li t-tarbija ttiehdet minnufih ghal CT Scan fejn irrizulta li kellha ksur sostanzjali f’rasa u emoraġija nterna, dan filwaqt li kellha ksur f’saqajja u xi tbenġil. Qal ukoll li t-tifla daħlet minnufih fit-taqsima tal-kura intensiva tat-tfal minħabba li kienet fil-periklu tal-mewt.
Il-pedjatra Cecil Vella qal li hu kien kellem lil omm t-tarbija u lis-sieħeb tagħha u din kienet qalet li ġimgħatejn qabel t-tarbija kienet daħlet l-isptar b’daqqa fuq rasa wara li ħuta subien, li wkoll għadhom tfal kienu waddbu xi ħaġa għal rasha.
Minkejja dan, it-tarbija kienet għamlet biss ġurnata l-isptar taħt osservazzjoni. Ix-xhud qal li bħala tabib ikkonkluda li l-ġrieħi li kellha t-tarbija ma kienux kaġunati b’inċident.
Xehdet ukoll l-ispettur Sylvana Briffa, li qalet li malli ġiet infurmata mal-każ kienet kelmet lil pedjatra Cecil Vella dwar il-ġrieħi u qalet li malli kienet marret biex tkellem lil omm it-tarbija, u lis-sieħeb tagħha l-isptar sabithom rieqdin fil-“waiting area”.
Meta ġew mistoqsija x’ġara l-omm qalet li hi u s-sieħeb tagħha, l-akkużat, kienu marru il-festa ta’ Ħaż-Żabbar u daħlu fil-5 am. Qalet li waqt li kienu reqdin is-sieħeb tagħha qabdu l-ġuħ u xtaq xi ħaġa x’jiekol u marret issajjar xi ħaġa u meta telgħet fuq sabet lit-tarbija bil-kemm qed tieħu nifs u marru l-isptar.
L-akkużat min-naħa tiegħu ta’ żewġ verżjonijiet, l-ewwel verżjoni tiegħu qal li omm it-tarbija kienet għeżżitha u waddbitha fil-kott. Iżda wara ftit ammetta li kien hu li għeżżeż lit-tarbija u waddaba fil-kott minħabba li bdiet teqred u dejqitu.
Hu kien ammetta wkoll li l-lejl ta qabel fil-festa ta’ Ħaż-Żabbar kien ħa d-droga kokajina u pejjep il-kannabis u anke’ xorob sew. Qal li kien jaf bil-konsegwenzi ta’ dak li għamel u li kien iddispjaċieh. L-ispettur Briffa qalet li malli daħlu fir-residenza tagħhom kien evidenti l-ammont kbir ta’ ħmieġ, li kien hemm fost l-oħrajn ħmieġ tal-kelb jiġri ma kullimkien, ikel immuffat, platti mhux maħsulin, ħmieġ tas-sigaretti ma’ l-art u affarijiet oħra.
Dan apparti li t-tlett t’itfal li tal-mara li ġew minn relazzjonijiet differenti kellhom riħa tinten fuqhom li turi li kienu ilhom ma jinħaslu żmien.
//= $special ?>