Il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili ċaħdet it-talba tal-kumpanija More Supermarkets tal-Ħamrun biex tiġi strutturata, jiġifieri li din titpoġġa taħt proċedura ta` rkupru. Dan wara r-rikors li l-kumpanija għamlet fis-17 ta’ Ottubru li għadda.
Fid-deċiżjoni tiegħu, l-Imħallef Joseph Zammit Mc Keaon qal li ma hemm l-ebda pjan vijabbli li juri l-kumpanija tista’ tirkupra.
Is-supermarket kien sfurzat jagħlaq aktar kmieni dan ix-xahar meta l-provista tad-dawl u ilma kienet sospiża u dan minħabba ħlasijiet pendenti. Il-kumpanija More tal-“Ħamrun” għandha tagħti wkoll €250,000 f’kirjiet mhux imħallsa lill-istabbiliment Daniels.
Wieħed mill-konsulenti legali ta’ More, iddikjara fil-Qorti li l-kumpanija ma kienitx f’pożizzjoni li tkun tista’ tiffinannzja d-dejn li għandha. Biex kumpanija tirkupra minn sitwazzjonijiet bħal dawn, din għandha bżonn injezzjoni ta’ kapital ġdid, barra milli tirrevedi id-direzzjoni tagħha f’dak li għandu x’jaqsam ma’ Immaniġġjar u kontroll finanzjarju.
Dak li għandu s-sehem fil-kumpanija ma injettax aktar fondi fiha u l-ebda investitur mhuwa ppreparat li jinvesti sold sakemm ikun konvint li hemm xi pjan viabbli. Kien għalhekk li l-Qorti ċaħdet it-talba li l-kumpanija titpoġġa “into administration” fejn qalet li ma kienuhemm l-ebda pjan u li l-pożizzjoni hija waħda irriversibbli.
//= $special ?>

