Internazzjonali

Żagħżugħ arrestat għal ftit ħin wara li telaq jiġri fid-direzzjoni tal-PM Ingliż

Żagħżugħ kien miżmum mill-Pulizija Ingliża wara li telaq jiġri fid-direzzjoni tal-Prim Ministru Ingliż David Cameron fi tmiem konferenza tal-aħbarijiet f’Leeds.

Barra ċ-Ċentru Ċiviku, iż-żagħżugħ, li għandu 28 sena, telaq jiġri fid-direzzjoni ta’ Cameron iżda ma rnexxielux ikellmu għax il-Pulizija niżżluh mal-art sakemm il-Prim Ministru Ingliż tela’ f’karozza li kellu tistennieh.

Il-Kap tal-Pulizija ta’ West Yorkshire qal li ż-żagħżugħ kien arrestat għal ftit ħin sakemm il-Pulizija kkonfermat id-dettalji tiegħu u rat li ma hu ta l-ebda theddida.