Lokali Parlament

182 promozzjonijiet fi tliet dipartimenti tal-Gvern

Fi tliet dipartiment tal-Gvern li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministru tal-Finanzi, fl-aħħar sena u nofs ingħataw xejn anqas minn 182 promozzjonijiet.
Fid- Dipartiment tal-VAT ingħataw 31 promozzjonijiet, fid-Dipartiment tal-Income Tax 37 promozzjonijiet, u 114-il promozzjoni fid-Dwana. Dawn il-promozzjonijiet ingħataw fil-perjodu  bejn l-1 ta’ Mejju tas-sena l-oħra u l-15 ta’ Ottubru li għadda.
Dan in-numru kbir ta’ promozzjonijiet fi tliet dipartiment, kien ikkonfermat fil-Parlament mill-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna, għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Marthese Portelli.
Dwar dan in-numru kbir ta’ promozzjonijiet, il-Ministru Scicluna wieġeb biss kemm kien it-total ta’ promozzjonijiet f’kull dipartiment, iżda ma tax l-informazzjoni mitluba dwar min ħadhom.