Il-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Media.Link Communications qed tingħaqad b’appoġġ għall-inizjattiva Dr Klown, li qed issir minn grupp ta’ voluntiera li regolarment iżuru l-Isptar Mater Dei biex joħolqu tbissima fuq wiċċ it-tfal ċkejknin li jkunu għaddejjin minn problemi f’saħħithom.
L-inizjattiva nbdiet tliet snin ilu u matul dawn is-snin in-numru ta’ Klowns telgħu għal aktar minn 20. Bħala parti mill-inizjattiva, il-grupp ta’ voluntiera tellgħu filmat biex tinħoloq aktar kuxjenza għal din il-kawża, intenzjonata biex tgħin lit-tfal u lill-qraba tagħhom fiż-żminijiet diffiċli li jkunu għaddejjin minnhom matul il-perjodu ta’ kura tat-tfal.
Barra minhekk, mis-sit elettroniku ta’ Dr Klown, wieħed ikun jista’ wkoll jagħti donazzjoni biex ikunu jistgħu jinxtraw affarijiet li l-voluntiera jużaw biex iferrħu lit-tfal. Barra minhekk, il-Klowns ikunu wkoll jistgħu jingħataw taħriġ biex it-tfal jiġu divertiti f’dak il-mument diffiċli.
Għal aktar informazzjoni, wieħed jista’ jżur ukoll il-Paġna ta’ Dr Klown fuq Facebook.
//= $special ?>