Genoveva Nunez-Figueroa, li għandha tletin sena, weħlet fiċ-ċumnija tal-eks sieħeb tagħha meta marret għas-sodisfazzjon wara li dawn ħassru. L-inċident seħħ f’Kalifornja, l-Istati Uniti.
Kien ġar tal-eks sieħeb ta’ Genoveva li sema’ l-biki u l-għajjat tagħha għall-ħabta tas-sitta ta’ filgħodu u ċempel lill-pulizija. Fuq il-post waslu l-membri tal-protezzjoni ċivili li sabu lit-tfajla mwaħħla fiċ-ċumnija, mat-tmien piedi ‘l isfel.
Minn stħarriġ li sar jirriżulta li Genoveva kien ilha madwar sitt sigħat imwaħħla fiċ-ċumnija. Biex inħelset kien hemm bżonn li titkisser iċ-ċumnija, ġebla ġebla, u tindilek bis-sapun biex tkun tista’ toħroġ.
It-tfajla mistennija titressaq il-qorti u sadattant ingħatat il-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ $2,500.
//= $special ?>