Ir-rapporti fil-midja internazzjonali li l-linja tal-ajru nazzjonali, l-Air Malta, laħqet ftehim biex tibda ttir lejn Mitiga fil-Libja mhux veritieri.
Saħqet dan iċ-Chairperson tal-Air Malta Maria Micallef waqt il-preżentazzjoni tar-rapport annwali u finanzjarju tal-kumpanija.
Micallef qalet li l-kumpanija għandha tim ta’ esperti li ta’ kuljum janalizzaw is-sigurta’ ta’ żoni li fihom ittir l-Air Malta. L-istudji wrew li għalissa l-Libja għadu mhux pajjiż sigur u għalhekk l-Air Malta mhux se ttir lejn dan il-pajjiż fl-Afrika ta’ Fuq sakemm tingħata l-clearance lill-kumpanija.
//= $special ?>