Il-Gvern għandu jassigura li l-ġid u l-profitt m’għandux jiġi kkapparrat minn xi sezzjoni għad-detriment tal-ħaddiema. Wara li pajjiżna m’għaddiex minn sitwazzjoni ekonomika diżastruża u issa li jidher li l-pajjiż qed jaqbad it-triq ta’ rkupru ekonomiku, il-ħaddiema għandhom jibbenefikaw ukoll mill-ġid li qed jiġi ġġenerat.
Dan qalu l-Forum Unions Maltin b’reazzjoni għat-tħabbira tal-Gvern li ż-żieda għall-għoli tal-ħajja fl-2015 se tkun biss ta’ 58ċ. Il-Forum appella lill-Gvern biex jassigura li l-ħaddiema u l-pensjonanti ma jaqgħux lura fil-livell tal-għajxien tagħhom, filwaqt li insistiet mal-Gvern biex jirrevedi l-mekkaniżmu li jiddetermina ż-żieda fil-COLA.
Filwaqt li saħqet li l-ħaddiema Maltin iħossu li bi dritt għandu jkollhom kundizzjonijiet ugwali għal dawk ta’ ħaddiema oħra fl-Unjoni Ewropea, fl-istqarrija l-Forum temm jgħid li għandu riżervi serji dwar kemm f’pajjiżna hawn tqassim tajjeb tal-ġid.
//= $special ?>