Lokali Parlament Saħħa

Il-Gvern ma jgħidx kemm hi l-waiting list għall-MRI u s-CT-Scan

Il-Gvern ma tax informazzjoni fil-Parlament dwar kemm hemm nies jistennew fl-Isptar Mater Dei għal CT-Scan, MRI jew testijiet simili, kategorija b’kategorija.
Il-Ministru responsabbli mis-saħħa u l-enerġija, Konrad Mizzi, għal mistoqsija li għamel fil-Parlament id-Deputat Nazzjonalista Claudio Grech, qal li l-appuntamenti għal CT Scan u MRI qed jingħataw fi ftit ġimgħat. F’każi urġenti l-appuntament saħansitra jingħata fl-istess ġimgħa. L-iżjed appuntament ’il bogħod hu għal Frar li ġej.
Għal mistoqsija oħra mill-istess Deputat Nazzjonalista, il-Ministru Konrad Mizzi qal li bejn Jannar u Mejju ta’ din is-sena, saru 12,428 test ta’ CT-Scan u 5,482 MRI.