Lokali

Il-pożizzjoni tal-PN tibqa’ waħda favur il-ħajja

Arkivji

Il-pożizzjoni tal-Partit Nazzjonalista dejjem tibqa’ l-istess … dik favur il-ħajja. Dan qalu l-PN fi stqarrija wara li rapporti fil-media ppruvaw joħolqu dubji dwar din il-pożizzjoni tal-Partit fi tmiem il-Konvenzjoni Ġenerali organizzata fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.

Fl-istqarrija, il-PN ikkjarifika li matul il-Konvenzjoni Ġenerali kien hemm biss suġġeriment minn wieħed mill-parteċipanti biex il-Partit iżomm ruħu aktar infurmat dwar kwistjonijiet soċjali u għalhekk ikun aktar infurmat dwarhom.

Dan iwassal, spjega l-PN, biex il-Partit ikun jista’ jiddiskuti aħjar u b’mod aktar matur minflok ma jinqabad mhux preparat. Is-suġġeriment li tressaq kien biss għall-informazzjoni u bl-ebda mod biex il-Partit ibiddel il-pożizzjoni tiegħu.