Wara sena u nofs ta’ Gvern Laburista, li tela’ bil-wegħda li Malta se ssir l-aqwa fl-Ewropa, l-indikaturi tal-ekonomija Maltija llum qed juru l-ħtieġa ta’ azzjoni, filwaqt li l-produzzjoni industrijali qed tonqos.
Wara li fl-aħħar ħames snin, Malta iffaċċjat kriżijiet internazzjonali iżda li rnexxielha tegħleb, illum ix-xejriet fl-ekonomija huma konfermati mill-istatistika, li anke qed juru sinjali negattivi.
Dawn is-sitwazzjonijiet qed jaffettwaw ix-xogħol u l-impjiegi, bis-soluzzjoni tal-Gvern hi biss xogħol maċ-Ċivil minflok mal-privat.
Fl-għeluq tal-Konvenzjoni Ġenerali organizzata mill-Partit Nazzjonalista fi tmiem il-ġimgħa li għadda, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil tkellem dwar dan, filwaqt li sostna li b’dawn l-indikaturi u deċiżjonijiet tal-Gvern, il-pajjiż irid ikun attent li ma jitlifx dak li nksieb meta l-isfidi ekonomiċi kienu ħafna akbar milli huma llum.
//= $special ?>