L-Istat Iżlamiku (ISIS) xandar filmat ġdid bil-priġunier Ingliż John Kentley. Fil-filmat ta’ 5 minuti u nofs, l-ostaġġ jidher liebes l-iswed waqt li qed jitkellem u jimxi fil-belt ta’ Kobani, fil-fruntiera mat-Turkija.
Fil-filmat, Kentley jgħid li minkejja l-attakki tal-Amerikani, li diġà swew miljuni ta’ dollari, Kobani hi kkontrollata mill-Jihadisti. Meta mqabbel mal-filmati l-oħrajn maħruġa mill-ISIS, f’dan Kentley jidher aktar b’saħħtu, b’xagħru itwal u anke bil-leħja.
//= $special ?>

