Pajjiżna niżel 15-il post fil-Global Gender Gap Report, imħejji mill-Forum Ekonomiku Dinji, li janalizza l-ugwaljanza bejn is-sessi. F’dan ir-rapport, mill-84 post, Malta nizlet għad-99 post u 43 post biss mill-aħħar f’lista li tanalizza 142 pajjiż madwar id-dinja.
Skont ir-rapport, in-nisa f’pajjiżna jgawdu minn ugwaljanza fil-qasam tas-Saħħa u fl-Edukazzjoni. Madankollu, pajjiżna jaqa’ lura fir-rigward tal-politika, il-parteċipazzjoni fl-ekonomija u l-opportunitajiet offruti lin-nisa f’Malta. Ir-rapport ta’ din is-sena jpoġġi lill-Iżlanda fl-ewwel post bl-ogħla opportunitajiet għas-sessi differenti u l-anqas sfidi li n-nisa jsibu biex jirnexxu fl-oqsma differenti tal-ekonomija.
Ir-rapport juri wkoll li 31 post biss wara Malta hemm l-Għarabja Sawdita, fejn in-nisa kellhom joħorġu fit-toroq jisfidaw il-Liġijiet tal-pajjiż biex jakkwistaw id-dritt tas-sewqan, li llum hu dritt bażiku fil-ħajja ta’ kuljum.
L-għan tal-Global Gender Gap Report hu li joħloq framework li janalizza d-diżlivelli bejn is-sessi. Permezz tar-ratings mogħtija lill-pajjiżi differenti, il-Forum Ekonomiku Dinji għandu l-għan li jqajjem għarfien fost l-udjenza globali dwar l-isfidi li jeżistu skont is-sessi differenti, filwaqt li jsir sforz biex dawn jitnaqqsu u b’hekk jinħolqu opportunitajiet ġodda, anke għall-pajjiżi stess.
//= $special ?>