Identita’ hi wirja li għaddejja bħalissa fiċ-Ċentru ta’ Studji Politiċi tal-Fonazzjoni AŻAD biex tiċċelebra l-anniversarji li qed jiċċelebra pajjiżna; il-ħamsin sena mill-Indipendenza, l-erbgħin sena mir-Repubblika, il-35 sena mll-Ħelsien u l-għaxar snin minn meta’ pajjiżna ssieħeb fl-Unjoni Ewropea.
Il-wirja tiġbor fiha biċċiet tal-arti li saru fl-aħħar sebgħin sena bl-għan li jieħdu lill-viżitaturi f’mixja tul dawn is-snin. Mixja li turi kif l-arti f’pajjiżna żviluppat – minn arti tradizzjonali għal skultura’, arti astratta, fotografija u arti diġitali.
Illum żar din il-wirja l-Kap tal-Partit Nazzjonalistan u Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil li ddawwar mal-wirja minn Mariella Pisani bencini, preżentatriċi tal-programm Meander fuq Net Television.
//= $special ?>