Lokali Parlament

Arloġġ tad-dawl nieqes fiċ-Ċentru Ċiviku tar-Rabat

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet meħtieġa fir-rigward ta’ arloġġ tad-dawl li allegatament ġie nieqes miċ-Ċentru Ċiviku tar-Rabat.
Il-Ministru Konrad Mizzi qal dan fil-Parlament fi tweġiba li ta għal mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Antoine Borg, li talab lill-Ministru Mizzi jintervjeni biex tissolva kwistjoni bejn l-Arms Ltd u l-kuntrattur responsabbli mil-lift taċ-ċentru ċiviku tar-Rabat Malta fuq kontijiet pendenti, u jerġa’ jinxtegħel il-lift sabiex il-pubbliku jkollu aċċess għall-varji faċilitajiet fiċ-ċentru ċiviku.