Lokali

34 sena mill-mewt ta’ Ġorġ Borg Olivier

Bħal-lum 34 sena, fid-29 ta’ Ottubru 1980, miet l-eks Prim Ministru u eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Ġorġ Borg Olivier.

Il-Funeral ta’ Borg Olivier jibqa’ mfakkar bħala l-akbar wieħed li qatt attendew nies għalih f’pajjiżna, xieraq għal Statista, kif fil-fatt kien.

Għal din l-okkażjoni, il-Kap tal-PN Simon Busuttil u l-Viċi Kapijiet Mario de Marco u Beppe Fenech Adami żaru l-monument ta’ Borg Olivier u qegħdu bukkett tal-fjuri b’tislima.

Ġorġ Borg Olivier jibqa’ mfakkar bħala Missier Malta Indipendenti għax kien il-Prim Ministru li ġab l-Indipendenza għal pajjiżna 50 sena ilu.