F’Għawdex ma sar ebda tiżjin fiċ-ċelebrazzjonijiet li saru biex tfakkar il-50 anniversarju tal-Indipendenza.
Id-Deputat Nazzjonalista Chris Said staqsa fil-Parlament lill-Ministru għal Għawdex Anton Refalo, jgħid jekk l-iskuża li ma sarx tiżjin f’Għawdex fl-okkażjoni tal-50 anniversarju tal-Indipendenza għax kien hemm xogħol għaddej fi Pjazza Indipendenza fir-Rabat, Għawdex, tapplikax ukoll għal Triq ir-Repubblika u Pjazza San Franġisk fir-Rabat, Għawdex.
Chris Said irrimarka li f’kull Jum Nazzjonali jsir tiżjin u dwal tal-okkażjoni, iżda f’dan l-anniversarju, li skont il-Ministru f’risposta oħra li ta dwar dan l-anniversarju kien qal li kienu ċelebrazzjonijiet kbar u denji, ma sar xejn.
It-tweġiba tal-Ministru Refalo kienet biss li l-anniversarju tal-Indipendenza kien iċċelebrat kif jixraq mill-poplu kollu.
Ebda tiżjin f’Għawdex għall-festi tal-Indipendenza
