Lokali

Filmat: “Toni tagħna tani tin tari tari talli tajtu tuta tonda tajba”

Ħafna jiftakru tagħwiġ l-ilsien, l-aktar popolari dejjem kienet “Toni tagħna tani tin tari tari talli tajtu tuta tonda tajba”, u tibqa’ sejra.

F’dan il-filmat jidhru residenti ta’ Islington f’Londra u numru ta’ Maltin li jgħixu f’Londra jippruvaw tagħwiġ l-ilsien. Dan il-filmat, li ġie ppubblikat online fl-aħħar siegħat diġà ġibed l-attenzjoni ta’ ħafna.

Fil-filmat jispikkaw nies li għandhom aċċent Malti, kif ukoll oħrajn li ma ddurilhomx kelma waħda bil-Malti għax x’aktarx tkellmu għall-ewwel darba bil-lingwa tagħna.

Fuq kollox, filmat qasir li tieħu gost tarah.