“L-importanza vitali għandha tkun li l-kuxjenza għandha tikkmanda lill-ġudikatur u l-importanza hija kbira ħafna. Fil-passat kien hemm mumenti li mxejt kontra il-kurrent, ħallejt l-kuxjenza tigwidani u ta’ dan ħallast prezz qares iżda qatt ma iddispjaċini”.
Fl-ewwel diskors tiegħu bħala Mħallef, Wenzu Mintoff qal li ltaqa’ ma mumenti diffiċli fil-karriera tiegħu li ma setgħax għajr iħalli l-kuxjenza tmexxih. Qal li qed issemmi dan bħala sfond hekk kif jemmen li fil-qadi tad-dmirijietu kull ġudikant għandu jkollu kuxjenza li tikkmanda id-deċizzjonijiet tiegħu.
Preżenti għad-diskors f’waħda mill-awliet tal-Qorti kien hemm għadd ta’ Avukati u Mħalfin, kif ukoll il-Presidenti Emeriti Eddie Fenech Adami u George Abela, l-Aġent President Dolores Cristina, il-Prim Mħallef Silvio Camilleri, l-Avukat Ġenerali Peter Grech, il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonniċi u l-Isqof t’Għawdex Mario Grech.
Preżenti wkoll kien hemm ukoll għadd ta’ familjari ta’ Wenzu Mintoff fosthom ipatri Dijonisju Mintoff, martu Gerldine u bintu. Mintoff spjega kif il-ġudikatura indipendeti u imparzjali hija istituzzjoni tal-għola valur f’kull soċjeta demokratika, ġudikatur indipendenti għandu jaħti servizz lis-soċjeta’.
Kompla jgħid kif minkejja li għandha tiġi mħarsa d-diskrezzjoni ta’ kull ġudikant fl-applikazzjoni tal-liġi għandu jkun hemm linji gwida li jġibu aktar konsistenza u uniformita’ kif jitfasslu il-kundizzjonijiet għall-ħelsien mill-arrest u fejn għandu jkun hemm divjet fil-publikazzjoni tal-isem tal-akkużati.
Dawn il-linji gwida jsaħħu it-trasparenza u konsistenza fid-deċiżjoniet tal-qrati. Sadanittant id-dokument dwar ir-riforma tal-ġustizzja għandu l-għan li jikseb titjieb f’dan ir-rigward. Tenna wkoll li d-dewmien fil-kawżi iġibu tbatija u ansjeta’. Il-partijiet għandhom jingħataw aktar informazzjoni dwar il-każ tagħhom u għaliex, meta jkun il-każ, tkun qed tieħu fit-tul.
Il-lingwa li tintuża fil-Qorti hija diffiċli għall-pubbliku biex jifhmu. Mhux dejjem faċli li wieħed jaddotta l-lingwa Maltija, iżda l-Imħallef għandu jkun hemm biex jispjega lill-poplu, u l-“policy” ta’ kif jingħataw is-sentenzi għandha tgħin għaliex itieħdu d-deċiżjonijiet.
L-Imħallef Mintoff kompla jgħid li għandu jkun hemm linja ta’ gwida fuq varjeta’ ta’ kif taħdem il-Qorti, bħal pleġġ u l-pubblikazzjoni tal-ismijiet. Hemm bżonn ta’ trasparenza u uniformita’. Huwa tkellem ukoll dwar is-sensazzjonaliżmu minn naħa tal-media, li m’għandux ikun.
Finalment huwa rringrazzja lil kulħadd taħt il-kappa tax-xemx, inkluż l-għalliema tal-primarja u s-sekondarja, lin-nanntu, l-ġenituri, lil martu u bintu u lil dawk kollha li m’għadhomx ħajjin.
Tkellem ukoll il-Viċi President tal-Kamra tal-Avukati Ian Spiteri Bailey tkellem dwar il-kwalitajiet li għandu jkollu ġudikant. Fosthom semma l-intergrita, il-kapaċita li jikkomunika u is-sens uman.
Hu għamel referenza għad-diskors tal-ħatra ta’ Mintoff li wiegħed li se jżomm mal-kwalitajiet tal-onesta, imparzjalita ġustizzja u ugwaljanza. Hu awgura li Mintoff jimxi magħhom.
Bħala ġudikant hu m’għandux iħares lejn uċuh, kulur, twemmin razza jew sess stqar Bailey. Imħallef integru huwa wieħed li ma jiġix influwenzat mill-passat u l-preżent tiegħu jew miċ-ċirkostanzi soċjo-politiċi.
//= $special ?>