L-allegat abbuż ta’ ħaddiema Ażjatiċi miġjuba Malta biex jaħdmu f’fabbrika tat-tessuti ilu għaddej bosta snin u waħda mir-raġunijiet għaliex dan qatt ma ħareġ fil-beraħ hi għax persuni f’pożizzjonijiet għolja allegatament inxtraw u minflok fittxew l-interess veru tal-ħaddiema Ażjatiċi u rrappurtaw l-allegat sfruttament, ippreferew jagħlqu ħalqhom u joħorġu mill-fabbrika b’ilbiesi u ħwejjeġ fini, kif ukoll b’rigali oħrajn.
Dan japplika wkoll għal ħaddiema Maltin li minflok min kellu jaqbeż għalihom għamel dan, u fittex dejjem li jġib ‘il quddiem l-interessi tagħhom, ipprefera li jimbotta l-aġenda tal-kumpanija.
F’dawn il-jiem, il-ġurnal In-Nazzjon iltaqa’ ma’ persuni involuti fil-kumpanija Leisure Clothing (Factory) Limited u sema’ direttament mingħandhom diversi fatti xokkanti kif persuni influwenti jew viċin tagħhom inxtraw bi ħwejjeġ u b’affarijiet oħrajn biex ma jitkellmux dwar dak li kien ghaddej.
Fost dawn hemm persuni fil-Pulizija, fil-union li tirrappreżenta lill-ħaddiema, f’Dipartimenti tal-Gvern u saħansitra f’Ministeri.
Aktar dettalji fil-ħarġa tal-lum ta’ In-Nazzjon.
//= $special ?>