Żorna diversi lokalitajiet biex nistaqsu lin-nies jafux x’inhu “tagħwiġ l-ilsien”.
Nistgħu ngħidu illi l-maġġornaza tan-nies, jekk mhux kollha ma kinux jafu x’inhu.
Meta staqsejna lin-nies biex ikomplu frażi ta’ tagħwiġ l-ilsien partikolari, bħal “Toni Tagħna tani Tina”, li tant baqgħet popolari, kien hemm ħafna li kienu jafuha u li komplewha…
Segwi aktar fil-filmat mehmuż.
Ġietna l-idea li nagħmlu dan il-voxpop wara filmat, li wieħed jista’ anke jarah fuq is-sit maltarightnow.com, fejn jidhru residenti ta’ Islington f’Londra u numru ta’ Maltin li jgħixu f’Londra jippruvaw tagħwiġ l-ilsien.
Fil-filmat jispikkaw nies li għandhom aċċent Malti, kif ukoll oħrajn li ma ddurilhomx kelma waħda bil-Malti.
//= $special ?>