Christian Said ta’ 31 sena mill-Fgura u Sandra Grixti ta’ 26 sena minn Ħaż-Zebbuġ ammettew quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella li kkommettew numru ta’ serqiet fosthom dik l-iktar waħda riċenti li saret it-Tlieta li għaddew meta huma serqu karus mimli donazzjonijiet għall-karita’ minn banka tal-lottu f’Ħaż-Zebbuġ.
Il-koppja inqabdet wara li fit-3.30pm. ftit wara li huma serqu l-karus li fih kienu qed jinġabru donazzjonijiet għall-moviment missjunarju Ġesu’ fil-Proxxmu. L-impjegat tal-banka mill-ewwel nforma lill-Pulizija li qabdet lir-raġel, filwaqt li t-tfajla inqabdet ftit tal-ħin wara.
Huma ammettaw għall-akkużi miġjuba kontrihom wara li tressqu mill-Ispetturi Jospeh Mercieca, Josric Mifsud u Roderick Agius.
Is-sentenza fil-konfront tat-tfajla, li għaliha deheru l-avukati Noel Bianco u Silvio Brincat, se tingħata nhar it-Tnejn, filwaqt li dik tal-ġuvni, li għalih deheret l-Avukat Yanica Buġeja thalliet għal-Ħamis, 30 ta’ Ottubru li ġej.
Il-koppja baqgħet miżmuma taħt arrest, bil-Maġistrat tissuġerixxi li t-tfajla tinżamm fl-isptar Mount Carmel minħabba d-dipendenza tagħha fuq id-droga.
//= $special ?>