Il-Konvenzjoni Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, li saret fi tmiem il-ġimgħa li għadda, kienet indirizza wkoll fost l-oħrajn minn persuna transgender. Alex Mangion, li ddeskriva lilu nnifsu bħala raġel maqbud f’ġisem ta’ mara, wassal l-esperjenza personali tiegħu.
Alex tkellem dwar l-isfidi li jgħaddi minhom fil-ħajja ta’ kuljum, anke biex jagħmel attivitajiet normali bħal pereżempju jmur sal-bank. Hu rrakonta li persuni transgender ibatu minn diskriminazzjoni, filwaqt li għamel appell lill-PN biex jivvota favur drittijiet fl-Abbozz ta’ Liġi dwar l-Identità tal-Ġeneru.
Hu appella għal drittijiet lill-persuni transgender, filwaqt li tkellem ukoll dwar temi oħrajn li għandhom isaħħu l-politika tal-PN.
//= $special ?>