Il-Kelliem tal-Gvern Carmelo Abela kkonferma li hu għandu dhul minn tlett bnadi differenti.
Fil-bidu ta’ konferenza tal-aħbarijiet dwar il-Baġit, Carmelo Abela qal li hija gidba li hu jaqla’ tlett pagi differenti u saħansitra ingħata ruling fil-Parlament dwar dan.
Iżda l-anqas għaddew ftit minuti li l-Kelliem tal-Gvern kkonferma li hu għandu dhul minn tlett bnadi differenti – l-Onorarja bħala Deputat tal-Parlament, dħul bhala Whip tal-Parlament u dħul iehor talli hu Kelliem għall-Gvern.
Filwaqt li Carmelo Abela kkonferma li b’kollox qed jaqla’ mat-€58,000 fis-sena, hu stess ħabbar li l-poplu se jkun qed jirċievi 58 ċentezmu għall-gholi tal-ħajja.
Il-baġit se jitressaq nhar it-Tnejn 17 ta’ Novembru, bit-tweġiba tal-Kap tal-Oppożizzjoni ssir ġimgħa wara.
//= $special ?>