Izabela Poniedzialek, l-istudenta Pollakka li lbieraħ filgħodu nstabet mejta f’lukanda f’Tas-Sliema, mietet kawża ta’ infezzjoni mhux ikkurata fil-musrana. Dan ħareġ mill-awtopsja fuq il-katavru tat-tfajla, li saret illum.
Jirriżulta li ż-żagħżugħa, li għandha 18-il sena, kienet ilha tbati minn uġigħ fl-imsaren għal dawn l-aħħar jiem, kawża tal-infezzjoni li wasslitha għall-mewt minħabba li ma kinitx ikkurata.
L-istudenta nstabet mejta fil-kamra tal-lukanda Plevna, f’Tas-Sliema, fejn kienet residenti. It-tfajla kienet ilha Malta madwar tliet ġimgħat u kawża tal-uġigħ li kellha falliet numru ta’ sessjonijiet ta’ taħriġ.
Ilbieraħ filgħodu, it-tfajla ma weġbitx għas-sejħa tal-Group Leader tagħha biex tmur għat-trasport li kellu jwassalha lejn il-lukanda Imperial, fejn kienet qed tingħata t-taħriġ. Kien f’dan il-waqt li l-Group Leader fetħet il-bieb tal-kamra u sabet lil Poniedzialek bla ħajja.
//= $special ?>