Wara l-ħalba xita qawwija ta’ ftit minuti ilu, sajjetta heżżet waħda mill-fabbriki f’Bulebel.
Persuni li jaħdmu f’din il-fabbrika qalulna li “jistgħu jgħodduha b’waħda” wara li sajjetta qawwija laqtet il-fabbrika u heżżet il-ħadid kollu ta’ mat-twieqi. Il-ħoss tant kien qawwi li instema minn Ħal-Tarxein, iż-Żejtun u Ħal-Għaxaq.
Waħda mill-impjegati qalet li kważi rat “il-fabbrika tixgħel” bis-saħħa tas-sajjetta.
Jekk għandkom xi ritratti tal-maltemp ibgħatuhom fuq editor@maltarightnow.com.
//= $special ?>