Student Spanjol ta’ 22 sena ġie lliberat bil-kundizzjoni li ma jwettaqx reat ieħor fi żmien sena wara li ammetta quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella li kisser it-tamboċċ ta’ blokk appartamenti f’San Ġiljan, fil-ħin li huwa kien fis-sakra.
Jose Garcia Sorano, daħal fil-blokk tal-appartament mill-bieb prinċipali li kien miftuħ, tela’ sa fuq il-bejt u kisser it-tamboċċ, liema reat seħħ kmieni nhar it-Tlieta filgħodu. Mill-provi rriżulta li li Spanjol kien Malta biex jitgħallem l-Ingliż, u wara li ammetta ħallas €2,000 f’danni, kollha f’valuta ta’ €50.
Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Trevor Micallef insistit biex li student jingħata sentenza sospiża minħabba li r-residenti ta’ Tas-Sliema, San Ġiljan u s-Swieqi qegħdin isofru riżultat li ħafna mill-barranin mhumiex iġibu ruħhom kif suppost. Il-Qorti iżda ma laqgġetx it-talba tal-Ispettur. L-Avukat Anthony Cutajar deher għall-Ispanjol.
//= $special ?>
