Sport

Barcelona jirbħu s-Super Cup ta’ Katalunja

BARCELONA – Tard l-Erbgħa filgħaxija Barcelona rebħu s-Super Cup ta’ Katalunja meta għelbu lil Espanyol 4-2 bl-għoti tal-penalties wara li l-logħba kienet intemmet fi draw ta’ 1-1. Din ir-rebħa ta’ Barcelona waslet ftit jiem wara li tilfu l-‘El Clasico’ fi tmiem il-ġimgħa kontra Real Madrid.

Fil-logħba kontra Espanyol Pique fetaħ l-iskor għal Barcelona wara li irċieva mingħand Suarez u Arbilla ġab id-draw. Meta l-logħba marret għall-għoti tal-penalties kien Ivan Rakitic li skurja l-penalty deċiżiv.