Id-dubji dwar il-pożizzjoni finanzjarja prekarja li tinsab fiha l-Gasol, waħda mill-kumpaniji li mistennija jaħdmu fuq il-proġett tal-Power Station ġdida mwiegħda minn Gvern Laburista, tqajjmu waqt l-edizzjoni tal-Erbgħa tal-programm Newsfeed fuq NET Television.
L-Avukat Joe Ellis spjega kif il-finanzi ta’ din il-kumpanija, li għandha sehem ta’ 30% mill-proġett tal-Power Station, juru ċifri ta’ tħassib kbir. Dan ifisser li pajjiżna qed jieħu riskju kbir, hekk kif jeżisti wkoll nuqqas ta’ informazzjoni u ċarezza dwar min se jissuplixxi l-gass għall-Power Station.
Joe Ellis qal li għalih proġett bħal dan qatt ma kellu jiddaħħal f’kampanja elettorali u li dan kien żball tal-Partit Laburista.
Siltiet mill-intervent tal-Avukat Ellis waqt il-programm NewsFeed jinsabu fil-filmat t’hawn fuq.
//= $special ?>

