Fi stqarrija pubblikata l-Ħamis wara nofsinhar, il-Provincja Dumnikana Maltija esprimiet id-dispjaċir tagħha b’referenza għat-taħrika fuq allegat abbuż sesswali fuq mara vulnerabbli minn Fr. Charles Fenech.
Il-Provinċja Dumnikana Maltija qalet li Fr Charles hu mwaqqaf milli jeżerċita l-ministeru saċerdotali tiegħu, kif ukoll tneħħa minn Direttur tal-Moviment Kerygma.
Dan ifisser li Fr. Charles la jista’ jqaddes, iqarben u lanqas jamministra ordni sagri oħrajn.
Il-Provinċja Dumnikana Maltija fl-istqarrija qalet li Fr. Charles kemm-il darba ġie mwissi u ħadet diversi passi., waqt li l-Provinċjal żied jgħid li kien hemm drabi meta l-akkuzi kontrih ġew irtirati.
Il-Provinċjal qal li għalkemm il-provinċja qed tieħu dawn id-deċiżjonijiet, ma hija bl-ebda mod tagħti xi forma ta’ ġudizzju fuq is-sitwazzjoni, imma tikkawtela kwalunkwe eventwalita’.
Il-Provinċjal żied jgħid li l-provinċja lesta tikkolabora mal-Pulizija biex toħroġ il-verita’ kollha.
//= $special ?>

