Lokali

Il-MEPA tapprova binja ġdida f’Mater Dei

Il-Bord tal-Awtorita’ tal-Ambjent u l-Ippjanar, il-MEPA, approva permess għall-iżvilupp ta’ blokk ġdid fl-isptar Mater Dei li se tintuża għall-emerġenza b’68 sodda u taqsima għall-mard f’każ ta’ kriżi nazzjonali fost l-oħrajn.

L-estensjoni tal-isptar Mater Dei se ssir fuq art bejn il-kamra mortwarja u s-sala tal-emerġenza u se tkun qed tinkludi elementi strutturali b’tali mod li l-binja l-ġdida tkun tixbah ‘il bqija tal-isptar. Dan ifisser li l-binja l-ġdida se żżomm mad-disinn, l-għoli l-iskema ta’ kuluri użati fl-isptar Mater Dei.