B’referenza għall-istorja li żvelat il-Mument nhar il-Ħadd dwar allegat traffikar ta’ persuni Asjatiċi lejn Malta, u li kompliet issegwi il-kamra tal-aħbarijiet ta’ Net News u in-Nazzjon, u li waslet għall-arrest tad-Direttur Maniġerjali tal-fabbrika tal-Gvern Ċiniż, il-UĦM fi stqarrija qalet li tikkundana kull tip ta’ prekarjat u sfruttament tal-ħaddiema.
Il-Union Ħaddiema Magħqudin qalet li “dan li qed naraw u nisimgħu fil-każ skandaluż tal-fabbrika Leisure Clothing huwa każ klassiku ta’ prekarjat.
Il-UĦM tawgura li l-unjins kollha tal-ħaddiema jingħaqdu f’vuċi waħda w’jikkundannaw dak li qed jiġri f’din il-fabbrika” qal is-Segretarju Ġenerali tal-UĦM Josef Vella.
Il-UĦM qed issegwi mill-qrib l-andament ta’ din l-aħbar u tawgura li l-awtoritajiet jieħdu l-passi kollha neċessarji u kif meħtieġ mil-liġi f’dan il-każ u f’kull każ ta’ xogħol prekarjat.
//= $special ?>