Lokali

Sejħa urġenti għad-demm O positive

Ir-riserva tad-demm tal-grupp O positive tinsab baxxa ħafna.

Iċ-Ċentru ta’ l-Għoti tad-Demm qed jappella lill-pubbliku biex b’mod urġenti imur u jagħti d-demm.

Iċ-Ċentru ta’ l-Għoti tad-Demm, jinsab ħdejn l-iSptar San Luqa u jiftaħ kuljum mit-Tnejn sal-Ħadd, mit-8.00am sas-6.00pm inklużi festi pubbliċi. Għawdex (GGH) jiftaħ mit-Tnejn sas-Sibt mit-8.00am sal-11.30am. Eta’ minn 17-18 il-sena, bil-kunsens tal-ġenituri, u minn 18 sa taħt is-60 sena.

Huwa importanti ħafna li wieħed dejjem jieħu il-karta ta’ l-identita’.