Lokali

Tnejn l-isptar wara ħabta fl-Imġarr

Triq l-Imġarr tinsab magħluqa wara li inċident ikrah bejn żewġ vetturi wassal biex żewġ nisa spiċċaw jittieħdu l-isptar Mater Dei.

Jirriżulta li għal xi raġuni seħħ impatt bejn Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 44 residenti San Pawl il-Baħar u vettura oħra, Hyundai Atos, misjuqa minn mara ta’ 43 sena minn Birkirkara.

Minbarra l-ambulanzi li ħadu liż-żewġ vittmi għall-kura u l-uffiċjali tal-Pulizija, fuq il-post issejħu wkoll membri tal-Protezzjoni Ċivili li kellhom jaqtgħu biċċiet mill-vetturi biex jeħilsu lis-sewwieqa.