Ftit tal-ħin ilu, is-Segretarju Ġenerali tal-General Workers Union Tony Zarb, f’konverżazzjoni li kellu mal-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Media.Link Communications, ikkundanna bla riżervi l-allegat sfruttar ta’ ħaddiema fil-fabbrika Leisure Clothing u kull prekarjat ieħor ġej minfejn ġej.
Tony Zarb qal li fi kwistjonijiet bħal dawn, “għandna ningħaqdu lkoll flimkien u nassiguraw li ebda ħaddiem ma jkun trattat ħażin u bi prekarjat”. Qal li qed isegwi mill-qrib ħafna l-istejjer ippubblikati minn Il-Mument u In-Nazzjon.
Min-naħa tal-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Media.Link Communications, Zarb ġie assigurat li se nkomplu nsegwu din l-istorja permezz ta’ ġurnaliżmu serju u ma nħarsu lejn wiċċ ħadd. Qbilna li naħdmu id f’id biex nassiguraw li l-ġlieda kontra l-prekarjat tkompli ssir bl-aktar mod qawwi, ġenwin u fil-veru interess tal-ħaddiema.
Tony Zarb temm jgħid li għada se nkunu qed niltaqgħu bħala union b’rabta mar-rapporti ppubblikati f’dawn il-jiem biex ikun assigurat il-veru ġid u interess tal-ħaddiema kollna nvoluti.
//= $special ?>