Sport

Wales fiduċjużi li Bale se jilħaq jirkupra

EURO 2016: L-assistant kowċ ta’ Wales Osian Roberts u l-kowċ ta’ Real Madrid Carlo Ancelotti u huma fiduċjużi li l-winger Gareth Bale se jirritorna għal logħob fil-ġimgħat li ġejjin. Bale ilu ma jilgħab dawn l-aħħar erba’ partiti ma’ Real, inkluż il-logħba mitlufa bi skor ta’ 3-1 kontra r-rivali Barcelona minħabba injury.

Madankollu f’kummenti li ta Roberts, assistent ta’ Wales dan qal, “Qed nittamaw li Bale ikun f’sikktu fil-ġimgħat li ġejjin.” Fis-16 ta’ Novembru Wales jilagħbu kontra l-Belġju f’logħba diffiċli mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro 2016. Bale tilef anke l-logħba ta’ tard l-Erbgħa filgħaxija bejn Real Madrid u Cornella, logħba mit-Tazza tar-Re.

Minn naħa tiegħu Ancelotti qal li hu fiduċjuż li Bale se jkun f’sikktu għal logħba ta’ ġimgħa oħra fil-Bernabeu kontra Liverpoool. Fil-logħba f’Anfield, logħba li Real rebħu 3-0, Bale ma kienx lagħab.

Din il-ġimgħa Bale ġie nominat fost 23 plejers għar-rebħ tal-unur tal-Ballun tad-Deheb. Barra minn hekk, xahar ilu Bale rebaħ l-unur tal-aqwa plejer ta’ Wales għar-raba’ darba fil-karriera tiegħu.

Filwaqt li Bale lagħab fl-aħħar żewġ logbħiet ta’ Wales fir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro 2016, Wales kellhom lil Joe Allen ta’ Liverpool u Aaron Ramsey neqsin minħabba injury. Minn dakinhar ‘l hawn dawn it-tnejn irritornaw għat-taħriġ mat-timijiet rispettivi tagħhom u Roberts qal li din hi aħbar mill-aqwa għat-tim.

Wales bħalissa qegħdin fil-quċċata ta’ grupp B b’seba’ punti filwaqt li l-Belġju għandhom erbgħa imma b’logħba inqas.