Pajjiżna qed jiċċelebra il-50 sena mill-kisba tal-Indipendenza u kien propju 50 sena ilu li madwar id-dinja beda moviment favur drittijiet għall-persuni b’diżabbiltà. Hekk sostniet Amy Camilleri Zahra, attivista u professjonista fis-settur u li hi stess hi persuna b’diżabbiltà, waqt l-ewwel Konvenzjoni Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista.
Amy fakkret kif fil-passat, is-soċjetà kienet tħares b’mod negattiv lejn il-persuni b’diżabbiltà għax is-soċjetà kienet tarahom bħala piż fuq il-familja. Għalhekk, kien hawn stigma lejn persuni b’diżabbiltà, sostniet Amy Zahra. Tkellmet dwar l-avvanzi li saru fis-soċjetà Maltija grazzi għat-twaqqif tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabbiltà.
Amy Camilleri Zahra tkellmet dwar id-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltà, filwaqt li għaddiet ukoll messaġġ dwar l-inklussività. Hi temmet b’appell biex il-politiċi jkunu aktar viċin in-nies.
Nisimgħu siltiet mill-intervent ta’ Amy Camilleri Zahra waqt il-Konvenzjoni Ġenerali organizzata mill-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>